19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Bang & Olufsen vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ loudspeaker)
(Kawża T-508/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Rappreżentazzjoni ta’ loudspeaker - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Artikolu 63(6) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 340/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bang & Olufsen A/S (Struer, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment K. Wallberg, sussegwentement J. Glaesel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2008 (Każ R 497/2005-I), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta loudspeaker bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bang & Olufsen A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy