29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Strack
(Kawża T-526/08 P) (1)
(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Dannu morali)
2011/C 30/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
Il-punti 1, 2, 3, 5 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05), huma annullati.
(2)
Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.
(3)
Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lil A. fil-kariga ta’ kap tad-diviżjoni “Sejħiet għal offerti u kuntratti” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura ta’ Guido Strack għal dan l-istess impjieg, it-talbiet għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit minn G. Strack, li jammonta għal EUR 2 000, kif ukoll l-ispejjeż.
(4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy