6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Settembru 2010 — Villa Almè vs UASI — Marqués de Murrieta (i GAI)
(Kawża T-546/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva i GAI - Trade mark nazzjonali verbali YGAY u trade marks Komunitarji figurattivi u verbali MARQUÉS DE MURRIETA YGAY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))
2010/C 301/46
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe (Mansuè, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u A. Sempio, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marqués de Murrieta, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1695/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Marqués de Murrieta, SA u Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy