9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-550/08) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xemgħa tal-paraffina - Koordinazzjoni u żieda fil-prezzijiet - Iffissar tal-prezzijiet - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-ksur - Preskrizzjoni”))
(2015/C 046/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Itzen, J. Ziebarth, avukati, u S. Thomas, professur)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċudra ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81[KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ bajda), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy