9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-554/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Kriterji ta’ għażla u ta’ għotja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2012/C 165/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u E. Manhaeve, sussegwentement E. Manhaeve, aġent, assistiti minn C. Erkelens, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2008, li ma tilqax l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħra fil-kuntest ta’ proċedura tas-sejħa għal offerti “TAXUD/2007/AO-005” fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika, u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni (TIMEA) kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri inkluża dik li l-kuntratt jingħata lill-offerent magħżul, mressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE u l-Artikolu 230 KE, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE, l-Artikolu 235 KE u l-Artikolu 288 KE.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy