26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Gutknecht vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-561/08) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Spezzjonijiet sanitarji - Prodotti bijoċidali - Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq - Adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE - Rabta kawżali)
2011/C 347/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jürgen Gutknecht (Kirchheimbolanden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab, prinċipalment, bl-adozzjoni allegatament illegali mill-Kummissjoni ta’ varji regolamenti skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3); jew, sussidjarjament, bl-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċċessarji biex tipproteġi d-dritt għall-protezzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont l-imsemmija direttiva.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Jürgen Gutknecht huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy