9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Repsol Lubricantes u Especialidades et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-562/08) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xemgħa ipparfumata - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Stabbiliment tal-prezz u tqassim tas-swieq - Prova tal-eżistenza tal-akkordju - Tul tal-ksur - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Ugwaljanza fit-trattament - Preżunzjoni tal-innoċenza - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni f’każ ta’ żamma ta’ 100 % tal-ishma”))
(2015/C 046/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Repsol Lubricantes u Especialidades, SA, li qabel kienet Repsol Lubricantes YPF u Especialidades, SA (Madrid, Spanja); Repsol Petróleo, SA (Madrid); u Repsol, SA, li qabel kienet Repsol YPF, SA (Madrid) (rappreżentanti: J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate, J. Jiménez-Laiglesia Oñate u S. Rivero Mena, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Castilla Contreras u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ KOMP/39181 – Xemgħa), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA u Repsol, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 44, 21.2.2009.
Full & Egal Universal Law Academy