1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/43
Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Monoscoop vs UASI (SUDOKU SAMURAI BINGO)
(Kawża T-564/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUDOKU SAMURAI BINGO - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 113/68
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Monoscoop BV (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 816/2008-2), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUDOKU SAMURAI BINGO bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Monoscoop BV hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 44, 21.2.2009
Full & Egal Universal Law Academy