10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2012 — Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-565/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-kabotaġġ marittimu - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Test tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Politika soċjali tal-Istati Membri - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament)
2012/C 343/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Corsica Ferries France SAS (Bastia, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Stromsky, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, sussegwentement G. de Bergues, N. Rouam u J. Rossi, aġenti); u Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) (ĠU 2009, L 225, p. 180).
Dispożittiv
(1)
It-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM), huma annullati.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti kif ukoll l-ispejjeż tagħha.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża u s-SNCM għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 55, 7.3.2009
Full & Egal Universal Law Academy