21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-570/08 RENV) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Servizz postali - Deċiżjoni għal ordni biex tingħata informazzjoni - Natura xierqa tat-terminu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rilevanza tal-informazzjoni mitluba)
2013/C 377/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tordna li tingħata informazzjoni fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/07 (ex NN 25/07)].
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy