1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/49
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Traore
(Kawża T-572/08 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ħatra għal pożizzjoni ta’ kap inkarigat mill-operazzjonijiet fid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija - L-iffissar tal-livell tal-pożizzjoni li għandha timtela - Prinċipju ta’ separazzjoni tal-grad u tal-funzjoni”)
2009/C 180/92
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, G. Berscheid u B. Eggers, aġenti)
Appellat: Amadou Traore (Rhode-St-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u K. Zejdová, aġenti); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti); u l-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Stenier, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tat-13 ta’ Novembru 2008, Traore vs Il-Kummissjoni (F-90/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u li fih qed jintalaba l-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Novembru 2008, Traore vs Il-Kummissjoni (F-90/07) hija annullata sa fejn hija tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tar-riżorsi tal-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni EuropeAid tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2006 li rrifjutat il-kandidatura ta’ Amadou Traore għall-pożizzjoni ta’ kap inkarigat mill-operazzjonijiet fid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija u d-deċiżjoni tal-ħatra tas-Sur S. għal ’din il-pożizzjoni.
2)
Ir-rikors ippreżentat minn A. Traore quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-90/07 huwa miċħud.
3)
A. Traore u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati kemm mal-ewwel istanza kif ukoll mal-appell.
4)
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 44, 21.2.2009
Full & Egal Universal Law Academy