22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Proges vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-577/08) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Programm ta’ mudellar għall-użu tal-art - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kriterji għall-għoti”)
2010/C 134/55
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Proges — Progetti di sviluppo Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Falcetta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn de A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ottubru 2008, li tirrifjuta l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar l-implementazzjoni ta’ programm ta’ mudellar għall-użu tal-art, kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Proges — Progetti di sviluppo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 44, 21.2.2009.
Full & Egal Universal Law Academy