12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2011 — Perusahaan Otomobil Nasional vs UASI — Proton Motor Fuel Cell (PM PROTON MOTOR)
(Kawża T-581/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja figurattiva PM PROTON MOTOR - Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti PROTON - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 331/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd (Shah Alam, Selangor Darul Ehsan, il-Malasja) (rappreżentanti: J. Blind, C. Kleiner u S. Ziegler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Proton Motor Fuel Cell GmbH (Puchheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Sedlmeir, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 1675/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd u Proton Motor Fuel Cell GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy