23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Carpent Languages vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-582/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali)
2010/C 288/71
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Carpent Languages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Simon u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn F. Tulkens u V. Ost, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta li saret mir-rikorrenti għal-lott nru 4 “Provvista ta’ gruppi ta’ interpreti skont il-bżonnijiet lingwistiċi ta’ kull avveniment” tas-sejħa għal offerti VT/2008/036 (Kuntratti f’bosta oqsma għal servizzi għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2008, li tagħti lill-kumpannija li ntgħażlet il-kuntratt għal-lott nru 4, kif ukoll talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni f’każ li l-Qorti Ġenerali ma tilqax it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Carpent Languages SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy