19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-584/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti - Modifika prevista mill-awtoritajiet Taljani ta’ skema awtorizzata minn qabel mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)
2011/C 89/34
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Cantiere navale De Poli SpA (Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Abate u R. Longanesi Cattani, sussegwentement A. Abate u A. Franchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, C. Urraca Caviedes u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplementa permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Cantiere navale De Poli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy