19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' April 2010 — Kerma vs UASI (BIOPIETRA)
(Kawża T-586/08) (1)
(“Trade Mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BIOPIETRA - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 161/62
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Kerma SpA (Raffa di Puegnago sul Garda, L-Italja) (rappreżentant: A. Manzoni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 889/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BIOPIETRA bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Kerma SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 7.3.2009.
Full & Egal Universal Law Academy