21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/47
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Ottubru 2009 — Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-2/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2009/C 282/90
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen (LfM) (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u G.-B. Lehr, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/708/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/06 (eks N 29/05 u eks CP 13/04), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja trid tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia (ĠU 2008, L 236, p. 10).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Il-Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy