2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/25
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' April 2008 — Vakakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-41/08 R)
(“Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Talba għal miżuri provviżorji - Opportunità mitlufa - Locus standi - Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali - Urġenza - Miżuri istruttorji’)
(2008/C 197/44)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vakakis International — Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: B. O'Connor, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Wilderspin u G. Boudot, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji magħmula fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti EuropeAid/125241/C/SER/CY dwar provvista ta' “assistenza teknika in sostenn tal-politika ta' żvilupp rurali” fil-parti tat-tramuntana ta' Ċipru.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
It-talba għal miżura istruttorja jew ta' organizzazzjoni tal-proċedura hija miċħuda.
3)
Mhuwiex neċessarju li tiġi deċiża t-talba għal intervent.
4)
L-ispejjeż huma riżervati, ħlief dawk sostnuti minn Agriconsulting Europe SA. Din ta' l-aħħar għandha tbati l-ispejjeż fil-kuntest tat-talba tagħha għal intervent.
Full & Egal Universal Law Academy