10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/31
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-45/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Punt ta' tluq - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali - L-allegat nuqqas ta' locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni - Inammissibbiltà’)
(2009/C 6/63)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Transportes Evaristo Molina, SA (El Ejido, Spanja) (rappreżentanti: A. Hernández Pardo, L. Ruiz Ezquerra u C. Flores Hernández, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: É. Gippini, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta' April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 — Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li tirrendi vinkolanti l-impenji assunti minn Repsol CPP, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU 2003, L 1, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent magħmula minn Repsol Comercial de Productos Petrolíferos, SA.
3)
Transportes Evaristo Molina, SA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy