21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/18
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-65/08 R)
(“Proċedura Sommarja - Kontroll ta' konċentrazzjonijiet - Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Kundizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Spanjoli lill-partijiet f'konċentrazzjoni ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta' urġenza - Bilanċ ta' l-interessi’)
(2008/C 158/28)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Diaz Abad, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2007 (Każ COMP/M/4685 — Enel/Acxciona/Endesa) dwar proċedimenti skond l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, ta' l-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, p. 1)
Dispożittiv
1)
It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy