12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/32
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-106/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Nota ta’ debitu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermatorju - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
2009/C 220/66
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3240912189, tas-17 ta’ Diċembru 2007, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bid-Deċiżjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999.
Dispożittiv
1)
It-talba għal annullament hija miċħuda bħala inammissibbli.
2)
It-talba għad-danni hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt.
3)
Is-Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy