29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/38
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-114/08 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli għall-preżentata ta’ talba għal kumpens - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)
2009/C 205/70
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-21/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy