7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/27
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — L-Italja vs KESE u l-Kummissjoni
(Kawża T-117/08) (1)
(“Kwistjoni proċedurali - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Nuqqas ta' imputabbiltà tal-atti lill-Kummissjoni’)
(2009/C 55/50)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, assistit minn P. Gentili, Avvocato dello Stato)
Konvenuti: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Bermejo Garde, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, Abogado del Estado)
Suġġett
Annullament tal-avviż ta' post vakanti Nru 737/07 għal Segretarju Ġenerali (grad A * 16) fi ħdan il-KESE, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 316 A, p. 1), kif ukoll tal-corrigendum għal dan l-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta' Jannar 2008 (ĠU C 25 A, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha għal dan ir-rikos safejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 116, 9.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy