6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2010 — Spitzer vs UASI — Homeland Housewares (Magic Butler)
(Kawża T-123/08) (1)
(Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2010/C 301/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Harald Spitzer (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: T. H. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Homeland Housewares LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1508/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Homeland Housewares, LLC u Harald Spitzer.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Harald Spitzer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy