4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/24
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 — Okalux vs UASI — Ondex (ONDACELL)
(Kawża T-126/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Nuqqas ta' ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni - Deċiżjoni li l-oppożizzjoni titqies bħala mhux ippreżentata - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
(2009/C 82/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ondes SAS (Chevigny-Saint-Sauveur, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2008 (Każ R 1384/2007-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Okalux GmbH u Ondex SAS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Okalux GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 116, 9.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy