27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2012 — Schräder vs UASI — Hansson (LEMON SYMPHONY)
(Kawżi magħquda T-133/08, T-134/08, T-177/08 u T-242/09) (1)
(Varjetajiet ta’ pjanti - Deċiżjoni ta’ aġġustament ex officio tad-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà LEMON SYMPHONY - Talba għar-revoka tal-protezzjoni Komunitarja mogħtija lill-varjetà LEMON SYMPHONY - Talba għall-annullament tal-protezzjoni Komunitarja mogħtija lill-varjetà LEMON SYMPHONY - Applikazzjoni għal protezzjoni Komunitarja mogħtija lill-varjetà SUMOST 01 - Sejħa għall-proċedura orali quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO - Terminu ta’ dehra ta’ mill-inqas xahar)
2012/C 331/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Leidereiter u W.-A. Schmidt kif ukoll, fil-Kawżi T-133/08 u T-134/08, T. Henssler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: iniżjalment minn B. Kiewiet u M. Ekvad, sussegwentement minn M. Ekvad, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl, avukat, u fil-Kawża T-242/09, minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Suġġett
Fil-Kawża T-133/08, rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ A 007/2007), dwar kontestazzjoni tad-deċiżjoni ta’ aġġustament ex officio tad-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà LEMON SYMPHONY fir-Reġistru tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti; fil-Kawża T-134/08, rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ A 006/2007), dwar talba għar-revoka tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità mogħti lill-varjetà LEMON SYMPHONY; fil-Kawża T-177/08, rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ A 005/2007), dwar applikazzjoni għal dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità għall-varjetà SUMOST 01, u, fil-Kawża T-242/09, rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-23 ta’ Jannar 2009 (Każ A 010/2007), dwar talba għal annullament tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità mogħti lill-varjetà LEMON SYMPHONY.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti (CPVO) tat-23 ta’ Jannar 2009 (Każ A 010/2007), dwar talba għal annullament tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità mogħti lill-varjetà LEMON SYMPHONY, huwa miċħud.
(2)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ A 007/2007), dwar kontestazzjoni tad-deċiżjoni ta’ aġġustament ex officio tad-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà LEMON SYMPHONY fir-Reġistru tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti, hija annullata.
(3)
Ir-rikors ippreżentat kontra din id-deċiżjoni huwa miċħud għall-bqija.
(4)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ A 006/2007), dwar talba għar-revoka tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità mogħti lill-varjetà LEMON SYMPHONY, hija annullata.
(5)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ A 005/2007), dwar applikazzjoni għal dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità għall-varjetà SUMOST 01, hija annullata.
(6)
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy