8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/42
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/08) (1)
(“Servizz Pubbliku - Sigurtà Soċjali - Ċaħda tat-talba intiża għar-rimbors ta' 100 % ta' ċerti spejjeż mediċi tar-rikorrent’)
(2008/C 285/77)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn de A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
B'mod partikolari, talba għal annullament tad-deċiżjonijiet tal-uffiċċju ta' ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Komunitajiet Ewropej li jirrifjuta, minn naħa, li jħallas lura 100 % ta' ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, li jirrimborsa l-ispejjeż ta' eżami mediku skont ir-regoli applikabbli fir-rigward ta' konsultazzjonijiet ma' tobba speċjalisti, kif ukoll talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas ċerti ammonti tal-ispejjeż mediċi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Il-partijiet għandhom iħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007 (li qabel kienet il-Kawża F-20/07).
Full & Egal Universal Law Academy