8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/42
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-144/08) (1)
(“Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Ċaħda ta' talba għall-ħlas lura ta' 100 % ta' ċerti spejjeż mediċi tar- rikorrent’)
(2008/C 285/78)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
B'mod partikolari, minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ċaħdet it-talba tar-rikorrent sabiex jitħallsu lura 100 % ċerti spejjeż mediċi minfuqa u, min-naħa l-oħra, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 89,56 bħala ħlas lura addizzzjonali tal-ispejjeż mediċi tiegħu jew bħala kumpens għal dannu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 234, 6.10.2007 (qabel kawża F-84/06).
Full & Egal Universal Law Academy