6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Abbott Laboratories vs UASI — aRigen (Sorvir)
(Kawża T-149/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Sorvir - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORVIR - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 301/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: aRigen, Inc. (Tokyo, il-Ġappun)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abbott Laboratories u aRigen, Inc.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Abbott Laboratories.
(1) ĠU C 142, 07.06.2008.
Full & Egal Universal Law Academy