26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/15
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Bayer (LIVENSA)
(Kawża T-159/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 233/26
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2008 (Każ R 960/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bayer AG u The Procter & Gamble Company.
Dispożittiv
(1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.
(2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008
Full & Egal Universal Law Academy