21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/48
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Ivanov vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/08) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Persunal lokali fil-qasam ta’ assistenza amministrattiva u teknika - Ċaħda tal-kandidatura - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Dekadenza tar-rikors għal annullament - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Att tal-Ombudsman Ewropew - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
2009/C 282/92
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vladimir Ivanov (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni li r-rikorrent jallega li sostna wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li timpjegah bħala persunal lokali fil-qasam ta’ assistenza amministrattiva u teknika mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Sofija (il-Bulgarija).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Vladimir Ivanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy