20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/41
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Marzu 2009 — Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-184/08) (1)
(“Fond Soċjali Ewropew - Skemi ta’ taħriġ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta”)
2009/C 141/85
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Rui Manuel Alves dos Santos (Alvaiázere, il-Portugall) (rappreżentant: A. Marques Fernandes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Kotschy, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2004, innotifikata lil Rui Manuel Slves dos Santos fit-3 ta’ Marzu 2008, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għal skema ta’ taħriġ professjonali pprenżentata mill-amministrazzjoni Portugiża, fil-fajl Nru 890488 P1.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rui Manuel Alves dos Santos huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy