13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Cattin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-194/08) (1)
(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - EDF - Lista ta’ esportaturi eliġibbli li jiksbu l-ħlas tal-krediti tagħhom mingħand ir-Repubblika Ċentru-Afrikana - Nuqqas ta’ reġistrazzjoni - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà”)
2010/C 37/51
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: R. Cattin & Cie (Bimbo, Repubblika Ċentru-Afrikana); u Yves Cattin (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: B. Wägenbaur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ esportaturi eliġibbli sabiex jiksbu l-ħlas, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FED), tal-krediti dovuti lilhom minn korp tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
R. Cattin Cie u Yves Cattin għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 197, 2.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy