27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/12
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 — Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-195/08 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu serju u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza’)
(2008/C 247/23)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Antwerpse Bouwwerken NV (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Verbist u D. de Keuster, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn M. Gelders)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji magħmula fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti mnedija mill-Kummissjoni għall-kostruzzjoni ta' bini.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy