20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/41
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ April 2009 — Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill
(Kawża T-217/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 248/2008 - Sistema tal-kwoti tal-ħalib - Żieda tal-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2009/C 141/86
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV (Bonn, il-Ġermanja); Romuald Schaber (Petersthal, il-Ġermanja); Stefan Mann (Eberdorfergrund, il-Ġermanja); u Walter Peters (Körchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Renner u O. Schniewind, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u Z. Kupčová, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u M. Vollkommer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008, tas-17 ta’ Marzu 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (ĠU L 76, p. 6).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV, Romuald Schaber, Stefan Mann u Walter Peters għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008
Full & Egal Universal Law Academy