10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/31
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Sanatur vs UASI — Sektkellerei Schloss Wachenheim (life light)
(Kawża T-222/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 6/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sanatur GmbH (Singen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wiume, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sektkellerei Schloss Wachenheim AG (Trier, Il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Marzu 2008 (Każ R 1257/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sektkellerei Schloss Wachenheim AG u Sanatur GmbH.
Dispożittiv
1)
M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-UASI huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 233, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy