30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/52
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ Novembru 2009 — Szomborg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-228/08) (1)
(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta’ preżentazzjoni mill-Kummissjoni fit-terminu previst ta’ evalwazzjoni xjentifika - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2010/C 24/93
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Gregorz Szomborg (Jastarnia, il-Polonja) (rappreżentant: R. Nowosielski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Banks u A. Szmytkowska, aġenti)
Suġġett
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tippreżenta, fit-terminu previst, l-evalwazzjoni xjentifika prevista fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 175M, p. 337).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Grzegorz Szomborg huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy