27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2009 — Associazione Giùlemanidallajuve vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/08) (1)
(“Allegat ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE - Ilment - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 51/61
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Associazione Giùlemanidallajuve (Cerignola, l-Italja) (rappreżentanti: L. Misson, A. Kettels, G. Ernes u A. Pel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A Bouquet, aġent)
Suġġett
Talba sabiex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 232 KE, li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilment tar-rikorrenti, fir-rigward ta’ ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), il-Comitato Olimpico Nazionale Italiano (Coni), l-Union des associations européennes de football (UEFA) u l-Fédération internationale de football association (FIFA).
Dispożittiv tad-digriet
(1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
L-Associazione Giùlemanidallajuve u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy