21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/38
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Canon Communications LLC vs UASI
(Kawża T-262/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 69/88)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Canon Communications LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Mak u E. Zietse, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2008 (Każ R 817/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Messe Düsseldorf GmbH u Canon Communications LLC.
Dispożittiv
1)
M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy