28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Becker Flugfunkwerk vs UASI — Harman Becker Automotive Systems (BECKER AVIONIC SYSTEMS)
(Kawża T-263/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 25/99
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Becker Flugfunkwerk GmbH (Rheinmünster, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Griebenow, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Harman Becker Automotive Systems GmbH (Karlsbad, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2008, (Każ R 398/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harman Becker Automotive Systems GmbH u Becker Flugfunkwerk GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-konvenut.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy