14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2012 — Ligny Pesca di Guaiana Francesco et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-330/08) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn - Iffissar tat-TAC għas-sena 2008 - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ effett individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 109/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ligny Pesca di Guaiana Francesco e C. Snc (Trapani, l-Italja) u s-sitt rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness fid-digriet (rappreżentanti: A. Clarizia, P. Ziotti, P. De Luca, A. Amatucci u R. Malinconico, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Annullament tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli
(2)
Ligny Pesca di Guaiana Francesco e C. Snc u s-sitt rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy