26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Hess Group vs UASI — Coloma Navarro (COLOMÉ)
(Kawża T-341/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ftehim u r-revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 347/51
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hess Group AG (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Félix Coloma Navarro (Alvarado, Spanja) (rappreżentant: A. Fernández Lerroux, avukat)
Suġġett
Appell kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1030/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. José Félix Coloma Navarro u Hess Group AG.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs kull wieħed ta’ dawk inkorsi mill-konvenut.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy