20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2010 — Hidalgo vs UASI — Bodegas Hidalgo — La Gitana (HIDALGO)
(Kawża T-365/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Annullament tar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali insostenn tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2010/C 317/58
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Emilio Hidalgo, SA (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Hidalgo — La Gitana, SA (Sanlucar de Barrameda, Spanja) (rappreżentanti: S. Rivero Galán, J.M. Sanjuán de Coca, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1329/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emilio Hidalgo SA u Bodegas Hidalgo — La Gitana SA.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors
(2)
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy