14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2012 — Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/08) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Iffissar tat-TAC għall-2008 - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 109/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja) u t-tmien rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-Anness tad-Digriet (rappreżentanti: P. Cavasola, V. Cannizzaro, G. Micucci, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Il-Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) u t-tmien rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy