24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/27
Digriet tal-Qorti tal-Prim’ Istanza tas-27 ta’ Awwissu 2009 — Abouchar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/08) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - FEŻ - Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-kontroll ta’ krediti għal proġett ta’ operat ta’ agrikoltura fis-Senegal - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà”)
2009/C 256/49
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michel Abouchar (Dakar, is-Senegal) (rappreżentanti: B. Dubreuil-Basire u J.-J. Lorang, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bordes u E. Cujo, aġenti)
Suġġett
Rikors għal danni intiż sabiex jinkiseb il-kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba allegati żbalji mill-Kummissjoni u mill-aġenti tagħha relatati mal-kundizzjonijiet għall-għoti u għall-kontroll tal-krediti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-proġett ta’ operat ta’ agrikoltura tagħha fis-Senegal
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Michel Abouchar huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy