10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/31
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Sacem vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-422/08 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)
(2009/C 6/65)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (Sacem) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: H. Calvet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy