7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/36
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — SIAE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-433/08 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)
(2009/C 32/71)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Società Italiana degli Autori ed Editori (SIAE) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, M. Mandel, L. Vullo u S. Valentino, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy