21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 — 1-2-3.TV vs UASI — ZDF u Televersal Film- und Fernsehproduktion (1-2-3.TV)
(Kawża T-440/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 377/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 1-2-3.TV GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u E. Nicolás Gómez, sussegwentement K. Kleinschmidt u U. Grübler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zweites Deutsches Fernsehen (ZDF) (Mainz, il-Ġermanja); u Televersal Film- und Fernsehproduktion GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Krause u F. Cordt, sussegwentement B. Krause, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1076/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn 1-2-3.TV GmbH u Zweites Deutsches Fernsehen (ZDF) u Televersal Film- und Fernsehproduktion GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy