19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/29
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ottubru 2009 — Sun World International vs UASI — Kölla Hamburg (SUPERIOR SEEDLESS)
(Kawża T-493/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Rinunżja parzjali għar-reġistrazzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 312/48
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun World International LLC (Bakersfield, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Holah, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Lemke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1378/2007-1) dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG u Sun World International LLC.
Dispożittiv
(1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Sun World International LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG.
(1) ĠU C 19, 24.1.2009.
Full & Egal Universal Law Academy