17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2010 — Volkswagen vs UASI — Deutsche BP (SunGasoline)
(Kawża T-502/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 195/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. S. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Deutsche BP AG (Gelsenkirchen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikos ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2008 (Każ R 513/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche BP AG u Volkswagen AG.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti u l-konvenut huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy